Barranin
Fil-Messiku, in-nies jifirħu bl-aħbar ta’ El Chapo

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs u tletin sena oħra magħhom. Guzman ta’ 62 sena nstab ħati fuq għaxar akkużi fosthom traffikar tad-droga, u ħasil ta’ flus f’Qorti Federali fi New York fi Frar li għadda. Huwa kien ħarab minn ħabs fil-Messiku fl-2015 iżda nqabad ftit wara. Huwa ġie estradit lejn l-istati Uniti fl-2017.

Messikani li jgħixu fil-belt ta’ El Chapo, ferħu għall-aħbar fejn qalu li jinsabu kuntenti li sa fl-aħħar dan il-bniedem li tant għamel ħsara fil-komunità tagħhom ħa dak li ħaqqu. Qalu wkoll li El Chapo għamel ukoll reputazzjoni ħażina fuqhom u jħossuhom diżappuntati li kellha tkun l-Istati Uniti li tagħmel il-ġustizzja meta kellu jkun il-Messiku li jagħmel dan. F’Sinaloa, tant ferħu bl-aħbar li qed ibigħu pupazzi ta’ El Chapo biex jirredikolawh.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xufier tħalla klinikament mejjet wara argument fuq l-ilbies u l-użu tal-maskri abbord xarabank f’Bayonne, fi Franza. Ix-xufier ta’ 50 sena tħalla bi ġrieħi serjissimi f’rasu dan wara li rrifjuta jtella’…

Barranin

Nick Cordero kellu biss 41 sena u miet minn kumplikazzjonijiet wara li ħakmu l-Covid-19. Cordero kien magħruf l-aktar għall-irwoli li kellu fi Broadway u ħalla warajh lil martu u ibnu…

Barranin

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Taljan tal-films, Ennio Morricone. Morricone miet fl-eta’ ta’ 91 sena f’Ruma. Matul il-karriera ta’ suċċess, Ennio Morricone rebaħ żewġ Oscars, wieħed fl-2007 u ieħor fl-2016. Magħruf bħala…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

Aktar