Barranin
Fil-Messiku: Isibu l-fdalijiet ta’ 44 persuna f’bir

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco.

Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi kellhom jgħaqdu d-diversi partijiet tal-iġsma flimkien.

Is-sejba xokkanti saret wara li r-residenti tal-akwati gergru bir-riħa qawwija li bdiet ħierġa mill-bir.

Jalisco hija magħrufa għall-aktar gruppi vjolenti li jmexxu d-droga.

Xi wħud mill-iġsma baqgħu ma ġewx identifikati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-House of Commons, il-maġġoranza tal-membri parlamentari Ingliżi vvutaw favur il-ftehim milħuq dwar Brexit bejn il-Prim Ministru Boris Johnson u l-Unjoni Ewropea. Disat ijiem qabel id-data li fiha Boris Johnson irid…

Barranin

Miet Chris, il-muntun fl-Awstralja li erba’ snin ilu għaġġeb lil kull min rah bl-ammont ta’ suf li kellu. Il-muntun intlemaħ jgħix fis-selvaġġ ta’ Canberra fl-2015, u kien qed iġorr f’sitt…

Kurżitajiet

Eks futbolers professjonali għandhom tliet darbiet u nofs iktar ċans li jmutu bid-dimensja minn persuni oħra tal-istess età. Dan ħareġ minn studju ġdid ikkummissjonat mill-assoċjazzjonijiet tal-futbol, wara l-mewt tal-eks futboler…

Barranin

Il-ħajja miżżewġa ġġib sfidi għal kulħadd anke għal koppja rjali. F’intervista li xxandret fuq l-istazzjon televiżiv ITV, id-Dukessa ta’ Sussex iddeskriviet l-ewwel sena ta’ żwieġ tagħha mal-Prinċep Harry bħala waħda diffiċli….

Aktar