Barranin
Fil-pandemija n-nies xtraw iktar ġelat u inqas deodoranti

Wara xhur li matulhom ħafna pajjiżi kienu taħt lockdown, ġie nnutat tibdil fil-konsum tan-nies f’ċertu prodotti.

Il-kumpanija Unilever, li timmanifattura prodotti tal-ikel, tas-sbuħija u tat-tindif, qalet li n-nies xtraw iktar ġelat u prodotti tat-tindif. Fl-istess waqt kien innutat tnaqqis fix-xiri tad-deodoranti u shampoos.

Unilever timmanifattura ditti kbar tal-ikel bħal Magnum u Knorr, ditti tas-sbuħija bħal Dove u Axe, kif ukoll ditti tat-tindif bħal Cif u Domestos.

Unilever qalet li x-xejra hija marbuta mal-fatt li n-nies ma kinux qed imorru għax-xogħol jew bdew jaħdmu mid-dar, u ħassew inqas bżonn li jaħslu xagħrhom, iqaxxru l-leħja, u jagħmlu d-deodorant. Qalet li wara erba’ xhur, din ix-xejra għadha ma nbidlitx.

Fl-istess waqt in-nies jidher li bdiet tiekol iktar u taħżen iktar, b’żieda fix-xiri ta’ sopop ipproċessati, te u ġelat, kif ukoll fi prodotti tat-tindif u toilet paper.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Barranin

Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta’ karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Aktar