Kurżitajiet
Fil-Parlament ma jikbrux fjuri, iżda nibtu fl-istadium nazzjonali!

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti!

Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru jinbtu fuq is-siġġijiet li hemm f’żona li minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta ma tkunx miftuħa għan-nies, b’mod speċjali għal-logħbiet tal-kampjonat lokali tal-futbol.

Kelliem għall-MFA qal lil TVM li ż-żona tinsab fin-North Stand tal-istadium, li titnaddaf biss meta tkun se tintuża, u semma li normalment tinfetaħ meta jkun hemm domanda kbira għall-biljetti, bħal fil-każ tal-logħba bejn Malta u l-Ingilterra meta l-grawnd kien mimli spettaturi.

Huwa maħsub li r-ritratti ttieħdu minn partitarji li lbieraħ għaddew min-North Stand wara l-logħba bejn Hibernians u Valletta, liema aċċess infetaħ biex il-partitarji tat-timijiet rivali f’dan l-istaġun ma jgħaddux mill-istess inħawi bi prekawzjoni.

Il-kelliem qal li ż-żoni fejn ikun hemm il-partitarji jsegwu l-partiti fi tmiem il-ġimgħa jitnaddfu regolarment, iżda partijiet oħrajn fl-istadium li mhux daqstant użati jitnaddfqu meta jkunu se jintużaw għax l-elementi tat-temp dejjem jħallu l-marki tagħhom.

Bix-xita li niżlet din is-sena, mhux eskluż li x-xtieli u l-pjanti kibru iktar min-normal, u spiċċaw attiraw l-attenzjoni ta’ dawk li lbieraħ għaddew min-North Stand, u kienu diversi dawk li tbissmu meta għaddew minn din iż-żona!

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Minn għadd ta’ knejjes ħarġu l-purċissjonijiet bil-vari tal-Ġimgħa l-Kbira. TVM żar il-Bażilika Kolleġġjata fl-Isla fejn segwa t-tħejjijiet li jsiru minn wara l-kwinti qabel ħarġet waħda mill-eqdem purċissjonijiiet li jsiru bħal-lum…

Stejjer Umani

Gesmond Micallef ilu għoxrin sena b’riskju għal ħajtu jmur idewwi nies midrubin serjament fil-gwerer. Ftit tal-jiem ilu, is-sur Micallef li huwa infermier ngħaqad ma’ tim mediku Franċiż biex idewwi nies…

Lokali

Għall-Knisja Kattolika l-qofol tat-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Ġesù ntlaħaq kmieni l-Ġimgħa waranofsinhar fil-knejjes kollha, bir-rakkont tal-Passjoni skont l-Evanġelista San Ġwann, l-Adorazzjoni tas-Salib, u t-Tqarbin. Minn għadd ta’ knejjes imbagħad…

Aktar