Parlament
Fil-Parlament saret manutenzjoni iżda l-binja għadha tagħmel l-ilma

Il-binja tal-Parlament baqgħet tagħmel l-ilma u dan minkejja skont l-Ispeaker Anglu Farrugia saru xogħlijiet ta’ manuntenzjoni biex tiġi indirizzata l-problema li kienet mill-bidu nett u li kkawżat problemi kemm għall-impjegati kif ukoll għall-membri parlamentari.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal “għandna xi problemi li għadhom hemm u ser ikollna laqgħa bejni u bejn il-GHRC u l-Malita biex dawn jiġu indirizzati. Ix-xogħol li hemm huwa xogħol rimedjali, għandu jsiru mill-aktar fis. Saru xogħlijiet; jien għadni mhux sodisfatt bix-xogħlijiet li saru.”

Dr Farrugia spjega li l-ilma għadu qed jidħol fost oħrajn fil-kamra tad-deputati u fil-Kamra tal-Oppożizzjoni.

L-Ispeaker qal li qed jistenna jibda x-xogħol fit-tieni livell taħt l-art fejn se jkun hemm il-librerija, l-arkivju tal-Parlament u kmamar oħra.

“Li qed nistennew issa li tiġi finalizzata t-tender minn ħadha ħalli kemm jista’ jkun malajr issir struttura tal-ħadid ħalli fi żmien qasir, mhux aktar tard minn tnax-il xahar mil-lum ikollna l-minus 2 level fi stadju avvanzat.”

Dr Farrugia qal li Belt is-Sebħ ġie dentifikat bħala l-post fejn ser ikun qed jiġi offrut is-servizz ta’ childcare għal ulied id-deputati u l-ħaddiema tal-Parlament. Qal li sakemm jitlesta dal-post ser jibqa’ fis-seħħ l-arranġament temporanju fil-binja tal-parlament stess.

L-Ispeaker qal li anke fis-sajf l-ħidma tal-Parlament ma waqfitx waqt il-btajjel tas-sajd għax komplew il-laqgħat tal-kumitati Parlamentari minħabba li saru seduti speċjali.

Intant, l-Ispeaker ippreseda t-tnedija tal-pubblikazzjoni ‘Il-Governanza Demokratika fl-Era Diġitali, li fiha ġabra tal-ħidma li saret f’konferenza fil-Parlament fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju mit-twaqqif tad-Dipartiment tal-Public Policy fl-Università ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Enerġija

Fil-budget, il-Gvern ħabbar li se jagħti għotja ta 25%, sa massimu ta’ €1,000, biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli. Għal din l-għotja se jkunu eliġibbli l-familji li għandhom pannelli tax-xemx…

Lokali

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza tal-ġeneru kklassifika lil Malta fil-ħmistax il-post, kważi nofs triq fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. L-indiċi jkejjel diversi fatturi li jiddeterminaw il-kwalità ta’ ħajja tan-nisa f’pajjiżi Ewropej, mix-xogħol,…

Sajd

Ċifri għall-2017 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-industrija tat-tonn f’Malta ipproduċiet 13,000 tunnellata ta’ tonn, b’valur ta’ kważi €170 miljun li 90% minnu ġie esportat lejn il-Ġappun. Il-Federazzjoni Maltija…

Ambjent

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw mozzjonijiet kontrastanti dwar l-emerġenza fil-klima bil-mozzjoni tal-Gvern temenda dik tal-Oppożizzjoni li trid li jitwaqqaf kumitat parlamentari li jkollu s-setgħa jaħtar superintendent biex jiżġura li Malta tilħaq…

Aktar