Lokali
‘Fil-passat kellna tfal ta’ 12-il sena li qatlu u stupraw’

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku tar-reati kriminali u awtur ta’ 43 ktieb Eddie Attard qal ma’ Television Malta li dan mhu xejn ġdid u li fl-istorja ta’ gżiritna hemm reati aktar xokkanti mwettqa minn żgħażagħ.

Pajjiżna reġa’ nħasad b’delitt li protoganisti tiegħu għadhom kemm bdew il-ħajja. Dan hekk kif il-ġimgħa l-oħra Leon Debono u Owen Schembri, it-tnejn ta’ 18-il sena li tressqu l-Qorti mixlija bil-qtil ta’ Saviour Gaffarena ta’ 27 u bl-attentat ta’ qtil ta’ kuġinuh Vince Gaffarena ta’ 17-il sena li għadu l-Isptar f’kundizzjoni kritika iżda stabbli. F’dan l-isfond qamu mistoqsijiet dwar id-delinkwenza fiż-żgħażagħ, madanakollu l-awtur u storiku tar-reati kriminali Eddie Attard qal ma’ Television Malta li dawn ir-reati m’huma xejn ġdid għas-Soċjetà Maltija.

“Jiena ngħid li kellna agħar, fil-passat kellna każijiet kellna tfal ta’13 li qatlu kellna tifel ta’ 13 qatel surmast tiegħu u tifel ieħor tal-istess età li qatel tifla u kellna tifel ta’ 12 il-sena li wettaq stupru u mar 18 il-xahar ħabs. Anzi jekk nibdew mis-seklu dsatax kellna anke żgħażagħ ta’ 18 -il sena li maru fuq il-forka”.

Fil-fatt is-sur Attard spjega kif fl-1882 kienet twaqqfet Qorti speċifika biex żgħażagħ taħt is-17 il-sena sakemm iwettqu serq mhux qtil jiġu trattati f’Qorti għalihom u li fil-bidu tas-seklu għoxrin il-Fortizza tas-Salvatur fil-Kalkara kienet tintuża bħala ħabs għaż-żgħażagħ.

“Għadd ħafna li jiftakru li kellna r-riformatorju fl-1920. Dan kien speċi ta’ ħabs għaż-żgħażagħ biex ma jittħaltux mal-priġunieri ta’ kordin u dan kien fil-Kottonera fil-fortizza tas-Salvatur fil-Kottonera, u li ħafna kienu jbeżżu bis-‘Salvatur’.

Minkejja din l-istorja ta’ delinkwenza f’età żgħira, is-Sur Attard innota li motiv wara parti konsiderevoli tal-omiċidji u s-serqiet tal-lum il-ġurnata huma mmotivati mit-traffikar tad-droga bħalma fil-fatt il-Pulizija jaħsbu li kien il-motif fid-delitt tal-ġimgħa l-oħra.

Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta ħadu d-deċiżjoni sabiex l-14-il edizzjoni ta’ Notte Bianca tiġi mibdula f’attivitajiet distinti u separati mifruxa fuq…

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Aktar