Barranin, Lokali
Fil-periklu – 50% tal-ħut fil-Mediterran

Jekk l-emmissjonijiet tas-CO2 ma jonqsux sal-aħħar tas-seklu, nofs l-ekosistema tal-baħar qiegħda f’riskju li tinqered.

Il-Mediterran qiegħed f’riskju li jitlef 50% tal-ħut li jimirħu fih. Dan qaluh il-WWF u l-Universitajiet ta’ East Anglia u James Cook.

L-istudji eżaminaw is-sitwazzjoni kif tidher fil-Mediterran u l-bidla fil-klima li qed taffettwa lil 80 miljun speċi madwar 35 żona differenti fid-dinja.

Ir-riżultat tal-istudju kien wieħed allarmanti. Żieda ta’ 2 gradi Celcius, il-livell massimu li jippermetti l-ftehim dwar il-Klima ta’ Pariġi, titfa’ 30% tal-ispeċi eżaminati fl-istudju f’riskju.

Jekk it-temperatura globali tkompli tiżdied, nofs l-ekosistema fl-ibħra tagħna jisparixxu għal kollox.

Il-ħlejjaq li qegħdin l-aktar f’riskju huma l-fkieren, id-dniefel, il-baleni u l-foċeni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-provvista ta’ tiġieġ u birer mistennija tonqos bin-nuqqas tal-gass CO2. L-esperti qed iwissu li dan jaf ikollu effetti kbar fuq il-produzzjoni tal-ikel. L-ewwel twissija ħarġet mill-fabbriki tax-xorb iżda issa ħarġu…

Barranin

L-istazzjon Charing Cross, f’Londra, ġie evakwat wara li daħal rapport li hemm raġel b’bomba. L-evakwazzjoni saret bħala prekawzjoni fejn twaqqfu s-servizzi kollha. Il-Pulizija arrestat lir-raġel li qal li fuqu kellu…

Barranin

L-Unjoni Ewropea imponiet tariffi li jammontaw għal $3.2 biljun fuq prodotti Amerikani f’mossa ritaljatorja għall-miżuri li kienu imposti mill-amministrazzjoni mmexxija mill-President Amerikan Donald Trump fuq il-ħadid u l-aluminium li huma…

Barranin

L-Italja ddikjarat li se tieħu l-pussess ta’ żewġ bastimenti tas-salvataġġ fil-Mediterran li qed iġorru l-immigranti illegali. L-awtoritajiet Taljani qalu li se jieħdu l-kontroll ta’ żewġ vapuri Ġermaniżi li huma operati…

Aktar