Lokali
Fil-periklu tal-mewt wara li ħabat ma’ arblu bil-mutur f’Għawdex

Raġel ta’ 38 sena miż-Żebbuġ Għawdex ġarrab ġrieħi serji wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident bil-mutur fiż-Żebbuġ, Għawdex.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għal xi s-sagħtejn fi Triq ir-Rabat, meta għal xi raġuni, il-vittma tilef il-kontroll tal-mutur Kymco li kien qiegħed isuq u ħabat ma` arblu.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.