Lokali
AĠĠORNAT (4): Jidher li x-xufier tal-linja kien taħt il-limitu tal-veloċità

Raġel ta’ 30 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza tal-linja.

L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq San Tumas, il-Fgura għall-ħabta tal- 11:00am.

Ir-ragel minn Birżebbuġa ttajjar minn karozza tal-linja misjuqa minn Marokkin ta’ 33 sena residenti f’Marsaxlokk.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Fi stqarrija, il-Malta Public Transport qalet li response tim tal-kumpanija kien fuq il-post biex jassisti lill-awtoritajiet bl-investigazzjoni u biex jagħti s-sapport meħtieġ lil dawk kollha affettwati bl-inċident.

Ix-xufier qed jingħata l-kura tax-xokk qawwi li ħa. L-MPT qalet li minn filmati tas-CCTV u s-sistemi tal-monitoraġġ tal-kumpanija, jidher li x-xufier kien qed isuq taħt il-limitu tal-veloċità u ma kienx aljenat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija MaltaPost, qed isarraf fil-prattika il-kuncett tal-inklużjoni u mxiet pass ‘il quddiem minn dak stipulat fil-liġi. Numru ta’ ħaddiema b’diżabiltà ġew impjegati mill-MaltaPost għaċ-ċentru tagħha fix-Xewkija filwaqt li Jobs Plus…

Lokali

Il-fondi Ewropej għall-wireless internet b’xejn huma l-aktar popolari f’seba’ pajjiżi fosthom f’Malta. Is-seba’ pajjiżi huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Italja, Malta is-Slovenja u r-Rumanija. L-iskema msejħa WiFi4EU attirat l-interess ta’ madwar…

Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li japprezza l-konkorrenza kbira għall-mixja ta’ solidarjetà mal-Korp tal-Pulizija, u rrimarka li l-Korp tal-Pulizija u l-istituzzjonjiet iridu jiġu rrispettati dejjem u f’kull…

Aktar