Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 59 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tat-3.00p.m., waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu li tinsab fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.

Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa, iżda peress li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu b’inkjesta maġisterjali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Aktar