Kronaka
Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Balzan.

L-inċident seħħ llum għall-ħabta tal-ħdax, fi Vjan De Paule f’Ħal Balzan, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha wara li persuna waqgħet minn xi għoli ġewwa sit ta’ kostruzzjoni.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel huwa Indjan ta’ 36 sena, residenti San Pawl il-Baħar. Hu kien qed jagħmel xogħol fl-istess sit ta’ kostruzzjoni.

Il-vittma kien assistit minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddeja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar