Barranin
Fil-Venezwela ma jitħallewx jidħlu t-trakkijiet bl-għajnuna umanitarja

Tissokta l-kriżi fil-Venezwela, bl-ewwel trakkijiet ta’ għajnuna umanitarja waslu ħdejn il-fruntiera tal-Kolombja, bit-truppi tal-Venezwela ma ħallewhomx jgħaddu.

Il-President tal-pajjiż Nicolas Maduro li għandu l-appoġġ tal-armata tal-pajjiż ma jrid ebda għajnuna umanitarja li tidħol fil-pajjiż. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaido li ddikjara lilu nnifsu bħala President temporanju, wissa li jekk mhux se tidħol l-għajnuna umanitarja, ħafna nies se jispiċċaw imutu.

Guaido li huwa l-kap tal-assemblea nazzjonali tal-pajjiż qal li l-Kostituzzjoni tagħtih is-setgħa li jassumi l-poter b’mod temporanju meta l-President tal-pajjiż jiġi meqjus bħala wieħed illeġittimu. Gaido sa issa għandu l-appoġġ ta’ 40 pajjiż inkluż tal-Istati Uniti, tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u anki tal-pajjiżi Ewropej. Maduro għad għandu l-appoġġ taċ-Ċina u r-Russja.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar