Barranin
Fil-Vjetnam koppja ssir taf li qatlulha t-12-il kelb mis-sodda tal-isptar

Koppja Vjetnamiża ħadet aħbar ta’ qsim il-qalb meta kienet fuq sodda fl-isptar marida bil-COVID-19.

Minħabba li fil-Vjetnam bdew jiżdiedu l-każijiet tal-COVID-19 il-koppja ħalliet il-provinċja tagħha flimkien mal-klieb tagħhom.

Huma ħarġu pożittivi għall-COVID-19 u għalhekk iddaħħlu l-isptar. Hemm saru jafu li t-12-il kelb tagħhom inqatlu mill-awtoritajiet minħabba l-biża’ li jistgħu jxerrdu l-virus.

Ir-raġel qal li din l-aħbar qasmitilhom qalbhom tant li lanqas setgħu jorqdu. Qal li lanqas jista’ jemmen li ġara dak li ġara u li ma seta’ jagħmel xejn biex iwaqqaf milli jinqatlu l-klieb.