COVID-19
Fil-Vjetnam: raġel jeħel 5 snin ħabs talli xerred il-Covid

Żagħżugħ fil-Vjetnam kien ikkundannat 5 snin ħabs talli kiser ir-regoli tal-Covid-19 u xerred il-virus.

Le Van Tri nstab ħati li infetta tmien persuni li wieħed minnhom miet.

Tri, li għandu 28 sena, ivvjaġġa bil-mutur mill-belt ta’ Ho Chi Minh għal daru f’Ca Mau.

Huwa nqabad jigdeb fid-dikjarazzjoni dwar is-saħħa li mela fejn kien mistoqsi dwar fejn kien.

Iż-żagħżugħ naqas li jagħmel 21 jum kwarantina kif kienu obbligati dawk li daħlu f’Ca Mau minn provinċji oħra.

Minbarra membri tal-familja huwa infetta wkoll staff fiċ-ċentru tas-saħħa li żar.

Huwa għadda ġuri li dam ġurnata u minbarra l-5 snin ħabs kien immultat €740.