Fil-Wardija: bdiet tinġibed is-serje televiżiva Ingliża “Bulletproof”

Bħalissa fil-Wardija qed tinġibed serje televiżiva Ingliża li jisimha Bulletproof. It-tim tal-produzzjoni jinsab Malta għal ġimagħtejn ta’ filming li fihom se jkunu nefqu ftit iżjed minn €900,000. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dawn il-produzzjonijiet issa qed jibbenefikaw mill-inċentiv li daħħal il-Gvern biex iħajjar iżjed films u produzzjonijiet televiżivi biex jinħadmu f’Malta. Dr Mizzi qal li dan l-inċentiv jingħata għax dawn il-produzzjonijiet jiġġeneraw ħafna attività ekonomika.

”Hawn xi 150 extra u anke xi 40 attur Malti li qed jipparteċipaw mal-atturi barranin, għandek is-supplies companies kollha fis-supply chain li jinkludi min se jipprovdi l-ikel, il-premises, l-editing tal-movies, il-props u t-trasport u l-lukandi u dan kollu jagħti impetus qawwi fl-ekonomija. Naħseb il-film commission għamlet pass għaqli u l-Gvern li introduċi l-inċentiv ta’ 40% cash back li dan se joħloq pipeline healthy u diġà qed naraw pipeline sabiħ għas-sena d-dieħla.”

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-produzzjoni Bulletproof hija t-tieni waħda dan ix-xahar, bil-produzzjoni l-oħra hija reality show tal-MTV International Production li qal ħalliet ftit iżjed minn żewġ miljun ewro fl-ekonomija. Is-Sur Grech qal li fis-sajf mistenni li jkun hemm għadd ta’ produzzjonijiet oħra skont il-pjan tagħhom li din l-industrija ma tkunx staġjonali.

”Għandna proġetti interessanti ġejjin hawn Malta, kemm jużaw lill-Malta Film Studios u kemm lil Malta bħala location. Qed naħdmu fuq strateġija li nħallu industrija li taħdem kuljum, aktar milli taħdem bl-iskossi.”

Is-Sur Grech qal li l-producers qed jagħżlu lil Malta minħabba l-inċentivi, it-talent lokali, il-pajjiż innifsu u minħabba l-fatt li Malta tista’ tintuża biex fil-produzzjoni sservi ta’ pajjiż ieħor, bħal fil-każ ta’ Bulletproof li fiha Malta qed tirreplika l-ambjent Ċiprijott.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar