COVID-19
F’Illinois: Tarbija tmut kawża tal-Coronavirus

Id-Dipartiment tas-saħħa ta’ Illinois ħabbar il-mewt ta’ tarbija kawża tal-Coronavirus.

Dwar il-każ infetħet investigazzjoni biex tiġi ddeterminata eżattament il-kawża tal-mewt, u għad mhux magħruf jekk it-tarbija kellhiex xi kundizzjonijiet mediċi.

Il-Covid-19 rari toħloq kumplikazzjonijiet fit-tfal u vera ftit huma l-każijiet irrappurtati. L-akbar riskju qed għall-anzjani u persuni b’kundizzjonijiet mediċi.

Skont studju li sar fiċ-Ċina, 6% biss tat-tfal infettati spiċċaw mardu serjament bil-virus.

S’issa kienu vera ftit l-imwiet irappurtati tat-tfal. Fiċ-Ċina mietet ukoll tarbija ta’ 10 xhur wara li din kienet ilha 4 ġimgħat għall-kura fi sptar. Kien hemm ukoll każ ta’ tifel ta’ 14-il sena li tilef ħajtu kawża tal-marda.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Aktar