Barranin
F’Illinois: Wara mewtu sabu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer.

Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru.

It-tabib kien jispeċjalizza fl-abort fi klinika f’Indiana iżda l-liċenzja tiegħu ġiet revokata mill-gvern fl-2016.

Dr Klopfer ġie akkużat li naqas milli jirrapporta abort fuq tifla ta’ 13-il sena lill-awtoritajiet u li ma kienx ikollu l-għajnuna ta’ esperti mediċi oħrajn waqt il-proċeduri.

It-tabib kien qal li tul il-karriera tiegħu, il-pazjenti tiegħu kollha baqgħu ħajjin u f’saħħithom wara l-abort u kien argumenta li ħadd m’għandu jippriedka kif għandhom jgħixu ħajjithom in-nisa u li għandhom kull dritt jiddeċiedu fl-aħjar interessi tagħhom.

Dwar il-każ, infetħet investigazzjoni.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Awstralja li kien instab ħati li qatel pulizija u nżamm 19-il sena arrestat intortament ingħata kumpens ta’ A$ 7 miljun, ekwivalenti għal kważi €4.4 miljun. Fl-1995 David Eastman kien…

Barranin

Sentenzi ta’ ħabs li jvarjaw bejn id-disgħa u tlettax-il sena għal disa’ mexxejja separatisti Katalani. Is-sentenzi ngħataw mill-Qorti Suprema Spanjola wara li d-disgħa li huma nstabu ħatja li kkonfoffaw u…

Barranin

Il-militanti Kurdi laħqu ftehim mal-armata Sirjana, li għandha tgħinhom jiġġieldu kontra l-qawwiet militari tat-Turkija fit-Tramuntana tas-Sirja. L-aħbar ingħatat mill-istazzjon nazzjonali Sirjan, u kienet ikkonfermata mill-Kurdi. Kien irrappurtat li truppi tal-Gvern…

Barranin

Fil-Polonja, il-partit li kien jinsab fil-gvern, dak tal-liġi u l-ġustizzja, il-Pis iddikjara rebħa fl-elezzjonijiet ġenerali ta’ nhar il-Ħadd. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika wera li l-partit konservattiv Nazzjonalista kiseb 43.6 fil-mija tal-voti,…

Aktar