Kultura
Film dwar duka minn Corsica fost 20 film miġbud f’Malta din is-sena

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li inċentivi ġodda li daħlu fis-seħħ din is-sena qed jattiraw aktar films lejn Malta, tant li din is-sena se jkunu nġibdu 20 film lokalment.

Il-Ministru Mizzi żar il-ġbid ta’ xeni ta’ wieħed mill-films li qed jinġibdu Malta bħalissa

Madwar 130 persuna qed jaħdmu taħt id-direzzjoni ta’ Daniel Graham fuq il-ġbid tal-film “The Obscure Life of the Grand Duke of Corsica.” Il-film qed jinġibed b’kollaborazzjoni bejn kumpanija Maltija u oħra Ingliża.

“Fuq duka li prattikament qed imut. Jiġi jgħix Malta. Iqabbad perit biex jibnilu mausoleum biex imut fih. Id-duka jilħaq imut għax ikun marid u l-perit jibqa’ Malta. Qed jaħdmu fuqu 130 extra u f’jum tajjeb għandna 75 persuna qed jaħdmu għal dawn l-aħħar 4 ġimgħa preparamenti u 4 ġimgħat filming,  jiġifieri total qisu 10 ġimgħat,” spjega Paul Parker.

Il-producers, Chris Hardman u Matt Hookings, qalu li Malta toffri diversi inċentivi. “Locations, tax incentive, and the crew just all been above standard, absolutely amazing , locations we have shot all over the island , the tax incentive is really attractive for filming, and the facilities and the crew very experienced, those three main reasons,” qal Matt Hookings.

Il-Ministru Konrad Mizzi żar il-ġbid ta’ xeni f’Villa Rosa, f’San Ġiljan. Qal li din is-sena ser ikunu inġibdu 20 film f’Malta. “Il-Malta Film Commission f’Jannar nediet strateġija ġdida tal-40% cash rebate, għax riedet tassigura li Malta tkun kompetittiva fl-industrija tal-film. F’temp ta’ ftit xhur, sa Mejju kellna tliet produzzjonijiet u tul din is-sena ser ikollna mal-20 film li nħadem f’pajjiżna.”

Il-Ministru Mizzi, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, qalu li f’Malta bħalissa qed jinġibdu erba’ films f’daqqa u indikaw li s-sena d-dieħla ser jinġibdu produzzjonijiet kbar.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar