Barranin
FILMAT: 25 jinqatlu waqt rejd kontra d-droga f’Rio de Janiero

Minn tal-inqas 25 persuna foshtom uffiċjal tal-pulizija inqatlu fi sparatura f’Rio de Janeiro fil-Brażil.

L-isparatura seħħet waqt operazzjoni mill-pulizija f’raħal fqira ta’ Jacarezinho tal-belt.

Il-pulizija niedew din l-operazzjoni wara li waslulha rapporti li t-traffikanti tad-droga kienu qegħdin iqabbdu lit-tfal biex jissieħbu magħhom fi gruppi kriminali.

Fl-isparatura ntlaqtu żewġ persuni li kienu passiġġiera fuq metro.

Il-Pulizija kkonfermat li l-Ispettur Andre Leonardo de Mello Frias inqatel waqt l-operazzjoni. Fi stqarrija ppubblikata fuq Facebook, il-Pulizija qalet li Andre onora l-professjoni li kien iħobb u se jinħass sew in-nuqqas tiegħu.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Ronaldo Oliveira qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li fir-rejd li sar ilbieraħ mietu l-akbar ammont ta’ nies waqt operazzjoni tal-pulizija f’Rio.