Filmat. 5 mejta wara ħabta fl-ajru bejn żewġ ajruplani żgħar

Minn tal-anqas ħames persuni nqatlu wara li żewġ ajruplani żgħar ħabtu fl-ajru l-Ħadd filgħodu maż-żewġ kilometri ‘l bogħod minn l-ajruport f’San Diego.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 a.m. meta ajruplan tat-tip Sabreliner ħabat ma’ ieħor tat-tip Cessna 172. Riżultat tal-impatt kien hemm ukoll ħafna bushfire.

L-investigazzjoni dwar x’wassal għal dan l-inċident għadha għaddejja.