Lokali
FILMAT: Arrestat wara li allegatament ħebb għal mara u pprova jitfagħha fil-bagoll tal-karozza

Dalgħodu l-pulizija arrestaw raġel li joqgħod is-Siġġiewi wara li allegatament ħebb għas-sieħba tiegħu fil-Mosta.

Allegatament il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30 a.m. meta l-allegat aggressur, heddidha b’mus, taha xebgha u pprova jitfagħha fil-bagoll tal-vettura tiegħu.

Minnufih il-pulizija bdiet tfittxija għall-allegat aggressur fejn imbagħad twaqqaf u ġie arrestat fil-by pass ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Crew ta’ TVM li nzerta fuq il-post ra lill-allegata vittma fi stat ta’ kommossjoni kbira.

Ir-raġel ittieħed l-għassa tal-Mosta fejn ġie mitkellem mill-pulizija dwar dan l-allegat każ ta’ vjolenza domestika filwaqt li l-allegata vittma ttieħdet f’ċentru tas-saħħa biex tingħata kura għall-ġrieħi li ġarrbet

L-investigazzjoni tal-pulizija għadhom għaddejjin.