FILMAT ESKLUSSIV: arrestat intortament wara daqqa ta’ ħarta – tinfetaħ investigazzjoni fil-Korp tal-Pulizija

Inċident b’riħa qawwija ta’ razziżmu fil-Venda tal-Belt, wassal għall-arrest żbaljat ta’ student Ungeriż. Il-Ministru tal-Intern u s-SigurtÀ Nazzjonali Carmelo Abela ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ immedjatament inkjesta interna fil-Korp tal-Pulizija dwar l-arrest. Il-każ ġie ffilmjat esklussivament minn tvm.com.mt li nzerta fuq il-post u l-pulizija anke talbet il-filmat ta’ dan is-sit.

L-inġinier, Daboma Jack, li jinsab f’Malta biex isegwi kors fil-livell ta’ Masters, spiċċa vittma ta’ aggressjoni razzista fil-venda tal-Belt, fost il-kaos li kien hemm hekk kif bdiet is-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku.

L-Ungeriż, kien ilu madwar sagħtejn jistenna biex jittoppja t-“tallinja card” flimkien ma’ martu u bintu ta’ sena. Meta ra l-kju diżorganizzat li nġema’ quddiem il-gabbana tal-Malta Public Transport, Daboma beda jipprova jgib ftit ordni fil-kju biex ħadd ma jinqabeż.

Iżda waqt li l-parti l-kbira tan-nies bdew jikkoperaw miegħu u jiffurmaw filliera waħda, mara Maltija, li kienet fil-miġemgħa biex tinqeda marret fuqu u allegatament beżqitlu diversi drabi u tatu daqqa ta’ ħarta u bdiet tgħidlu biex imur lura f’pajjiżu.

Kien hawn li qamet kommossjoni, u fuq il-post waslu l-Pulizija fejn uħud minn dawk preżenti bdew jgħidu lill-Pulizija li kien il-barrani li qajjem l-inkwiet. L-Ungeriż ta’ nisel Afrikan deher jirrifjuta li jiġi arrestat u insista mal-pulizija biex jieħdu passi kontra l-mara li avvelitu bl-imġiba razzista tagħha. Madankollu l-pulizija dak il-ħin dehru jżommu lill-Ungeriż tefgħuh fl-art u libbsuh il-manetti. Sadanittant il-mara ħarbet minn fuq il-post.

Il-filmat juri lil martu Kelly ixxokkjata b’dak li kien qed jiġri quddiem għajnejha u tidher ukoll titlob bil-ħniena lil pulizija jieqfu jżommu lil żewġha.

L-Ungeriż u martu saħqu li dak li seħħ huwa biss ksur ta’ drittijiet tal-bniedem u attakk lejn kull persuna ta’ karnaġġjon skur, jiġi minn liema pajjiż jiġi. Nifhmu li l-pulizija qed tfittex il-mara Maltija li allegatament bdiet dan l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-gvern Spanjol offra li jilqa’ l-107 immigrant abbord il-bastiment Open Arms fil-port ta’ Algeciras. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-gvern Taljan irriftjuta li jdaħħal l-immigranti f’port sigur tal-pajjiż bil-gvern Spanjol…

Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Aktar