Filmat. Astronawti fi triqithom lejn l-istazzjon spazjali internazzjonali

Krew ta’ tliet awstronawti rħewlha lejn l-istazzjon spazjali internazzjonali. L-astronawti, Tim Kopra min-NASA, Tim Peake mill-aġenzija spazjali Ewropea u Yuri Malenchenko mill-aġenzija spazjali federali Russa, telqu minn Baikonur fil-Kazakhstan abbord il-vettura spazjali Soyuz.

Huma se jdumu sitt xhur fl-ispazju. Tim Peake huwa l-ewwel astronawta Ingliż li se jaħdem abbord l-istazzjoni spazjali internazzjonali. Hemmhekk hu u t-tnejn l-oħra se jiltaqgħu ma’ l-kmandant tal-espedizzjoni 46, Scott Kelly min-NASA u mal-inġiniera Russi Sergey Volkov u Mikhail Kornienko.

Kelly, Kornienko u Volkov għandhom jirritornaw lejn id-dinja f’Marzu 2016 wara li jkunu qattgħu sena fl-istazzjoni spazjali internazzjonali jiġbru informazzjoni biomedika fuq l-effetti tal-ivvjaġġar fl-ispazju fit-tul biex tintuża għat-tħejjijiet għall-vjaġġ tan-NASA lejn Mars.