Sport
FILMAT: Bormla jiċċelebraw id-19-il rebħa tar-Regatta

Kif inhi t-tradizzjoni, wara nofsinhar saret ir-regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir. Ix-shield ta’ Jum il-Vitorja din is-sena intrebħet minn Bormla. Din kienet id-19-il darba li huma rebħu x-shield fl-istorja tagħhom.

Bormla llum wettqu wkoll rekord assolut hekk kif rebħu l-11-il tiġrija li saru llum. Rebħu l-5 tiġrijiet tal-kategorija A, il-5 tiġrijiet tal-kategorija B u t-tiġrija speċjali tan-nisa fuq il-frejgatini. F’din it-tiġrija Bormla daħlu l-ewwel flimkien mal-Kalkara. Bormla rebħu ż-żewġ kategoriji b’total massimu ta’ 88 punt.

Din is-sena huwa l-50 anniversarju mindu Bormla rebħu x-shield ta’ Jum il-Vitorja ghall-ewwel darba fl-1968.

Ara wkoll:

Bormla jirbħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2018 b’rekord assolut. Id-19 -il darba fl-istorja