FILMAT: Brooke – Golden

Brooke, waħda mill-20 semifinalisti fil-Malta Eurovision Song Contest 2016. Il-kantanta se tkun qed tinterpreta “Golden”, kompożizzjoni tagħha u ta’ tliet awturi barranin. Mhix wiċċ ġdid fuq is-sett tat-televiżjoni f’Malta, iżda l-ewwel darba li qed naraw il-parteċipazzjoni tagħha fil-MESC. Fi kliem Brooke, “Golden” waslitha sal-finali wara deċiżjoni li ħadet fl-aħħar minuti. Żaret ukoll Stokkolma għall-ewwel darba biex irrekordjat il-vuċijiet. Konvinti li l-ħolma tagħha hi li terġa’ żżur dan il-pajjiż għat-tieni darba fi ftit xhur, din id-darba biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest!