FILMAT: Christina b’wirja stupenda għal Malta fil-JESC 2016

B’kunfidenza kbira u personalità qawwija, il-kantanta ċkejkna Maltija Christina Magrin tat prestazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta “Parachute” li biha qed tirrappreżenta lil Malta fl-14-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest. Bħal wirjiet li tat tul il-provi fl-aħħar ġimgħa f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi, fil-mument tal-prova, Christina reġgħet uriet il-kapaċitajiet mużikali tagħha b’intonazzjoni perfetta tal-kanzunetta tagħha. Tul it-tliet minuti, l-udjenza fis-sala kompliet mal-kantanta u sellmitilha b’applaws kbir fi tmiem tal-wirja tagħha.

Ikun xi jkun ir-riżultat finali, il-wirja ta’ Christina għamlet lill-Maltin ilkoll kburin bil-prestazzjoni tagħha.

Din is-sena r-rebbieħ/a se jintgħażlu b’sistema ġdida ta’ votazzjoni. Minbarra s-17-il ġurija adulta li se jkunu professjonisti mill-industrija tal-mużika mis-17-il pajjiż u l-ġurija tat-tfal li jkun hemm is-soltu, din is-sena se jkun hemm ukoll tliet ġurija esperti li jinkludu l-grupp mużikali JEDWARD.

Din hija t-tieni darba f’dawn l-aħħar tliet snin li Malta qed torganizza dan il-festival u spettaklu televiżiv li hu segwit minn miljuni ta’ telespettaturi minn madwar id-dinja.