Filmat: Daniel Testa – Under the Sun

Daniel Testa, kantant żagħżugħ ta’ 18-il sena li din is-sena se tkun it-tielet darba tiegħu li se jkun qed jittanta xortih fil-Malta Eurovision Song Contest. Is-sena li għaddiet, Daniel li fi ċkunitu kien irrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision, kien sab postu fil-finali ta’ dan il-festival b'”Something In the Way”. Dan wara li fl-2013 kiseb it-tielet post bil-kanzunetta “One Last Ride”.  Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se narawh jikkompeti b'”Under the Sun”, kanzunetta oħra bi stil mexxej ħafna li se tkompli żżid mal-eċċitament tas-serata.