Lokali
FILMAT: Destiny tgħid li hi kuntenta ħafna bil-libsa li għażlet u tappella lin-nisa biex iħossuhom tajjeb kif inhuma

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-kantanta Maltija Destiny rreaġixxiet għal bosta kummenti dwar id-dehra tagħha fl-ewwel prova fil-Eurovision Song Contest f’Rotterdam.

Bi kliem ċar u assertiv, Destiny qalet li hi kuntenta ħafna bil-libsa li għażlet u tħossha kunfidenti ħafna.

“Kuntenta ħafna kif qed nidher u hawnhekk immur għall-messaġġ tal-kanzunetta Je Me Casse li hija dwar l-empowerment tan-nisa. Jien nemmen fija nnifsi, inħossni nidher tajba fuq il-palk u għalhekk ilbist dik il-libsa,” qalet l-ambaxxatriċi Maltija li tat prestazzjoni mill-aqwa tal-kanzunetta bil-vuċi unika tagħha.

Hija żiedet tgħid li tħossha kunfidenti biżżejjed u trid li n-nisa kollha hemm barra iħossuhom tajjeb kif inhuma u biex jemmnu li huma kollha sbieħ kif inhuma”, temmet tgħid Destiny waqt li ntlaqgħet b’applaws mill-ġurnalisti fis-sala għal dan il-messaġġ b’saħħtu li għaddiet il-kantanta żagħżugħa Maltija.

Iktar tard fuq il-midja soċjali, Destiny qalet li dak li libset fil-prova huwa eżattament dak li jfisser ’empowerment’. “Forsi minix is-size six li s-soċjetà hija mdorrija biha, forsi l-ilbies jew id-dehra huma iktar importanti mill-esebizzjoni tal-artist, imma jien qegħda hawn biex nagħmel xogħli.”