Lokali
FILMAT ESKLUSSIV: Ix-xena tal-inċident f’Ħal Luqa maqbuda minn CCTV

L-inċident li fih kuntistabbli tal-Pulizija spiċċa mkaxkar u mtajjar minn karozza nqabad minn kameras tas-sigurtà li hemm fil-viċinanzi.

TVM kiseb kopja ta’ dawn il-filmati, li juru, fost oħrajn lill-Pulizija mal-art wara li ħareġ minn taħt il-karozza fit-7.40 ta’ dalgħodu.

Tidher ukoll il-karozza tibqa’ tinstaq b’veloċità, u n-nies jiġru lejn il-pulizija ferut biex jagħtu l-ewwel għajnuna.

Il-kuntistabbli Simon Schembri, li huwa missier ta’ tlieta, jinsab fil-periklu tal-mewt.

Intant, is-sewwieq; Liam Debono ta’ 17-il sena, qed jiġi miżmum mill-Pulizija.

Ara l-filmat hawn:

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Pulizija jittajjar f’Ħal Luqa minn ġuvnott li baqa’ sejjer

FILMAT: Jinqabad il-ġuvnott li tajjar Pulizija tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Riċerka ppubblikata fl-aħħar jiem tixħet dawl dwar l-ewwel attentati għas-separazzjoni tal-poteri bejn Stat u Knisja f’Malta. Kien Nicolo’ Muscat – figura prominenti fl-amministrazzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri – li f’nofs is-seklu 18…

Lokali

Ġimgħa wara d-delitt ta’ omm żagħżugħa f’Raħal Ġdid li allegatament inqatlet mis-sieħeb tagħha, bosta għaqdiet speċjalment tan-nisa komplew jitkellmu b’diversi stqarrijiet dwar dan il-femiċidju u l-problema tal-vjolenza domestika. Mill-banda l-oħra…

Annimali

L-Assoċjazzjoni Exotic Finch Malta qed tagħti opportunità oħra lill-pubblika japprezza l-ġmiel ta’ 500 għasfur li minkejja li l-oriġini tagħhom hija barranija tfaqqsu f’Malta wara ħafna studju u esperementazzjoni. Il-wirja li…

Lokali

Il-Malta National Electromobility Platform fi ħdan Transport Malta qed tikkordina diversi inizjattivi u attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Ewropea Tal-Mobbiltà. It-tema għal din is-sena hija “Multimodality – Mix and Move”. Din it-tema…

Aktar