FILMAT: Franklin – Little Love

Franklin se jippreżenta l-kanzunetta “Little Love”  waħdu fuq il-palk, bil-għan biex il-punt fokali jibqa’ l-vuċi. Il-kanzunetta li tittratta t-tema ta’ imħabba, hija waħda mill-aktar melodiċi, li fiha jispikkaw numru ta’ strumenti, fosthom il-pjanu u dawk tal-korda. Il-lirika ta’ kanzunetta hija miktuba minn Matt Muxu Mercieca, filwaqt li l-kompositur huwa Cypriot Cassar.