Storja
FILMAT: Għaliex importanti nfakkru l-Maltin internati fl-Italja ?

Illejla fid-9.30pm fuq TVM se jixxandar l-ewwel episodju minn tlieta tad-dokumentarju Maltin Internati fl-Italja – Storja Vera – li jirrakkonta u janalizza għall-ewwel darba dak li għaddiet minnu l-komunità Maltija fi Tripli fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-ġrajja tal-Maltin Internati fl-Italja kienet għoddha intesiet għal kollox u anki dawk li għaddew minnha rari kienu jitkellmu fuqha.

Id-dokumentarju huwa bbażat fuq riċerka li saret f’arkivji fl-Italja u huwa mħawwar b’intervisti ma’ numru ta’ eks internati Maltin, b’filmati li ttieħdu waqt żjarat f’kampijiet ta’ konċentrament fl-Italja li għadhom jeżistu, u b’ritratti storiċi u esklussivi tal-Maltin waqt l-internament.

Ir-riċerka turi li fl-1940, saħansitra qabel ma d-dittatur Faxxista Taljan Benito Mussolini ddikjara gwerra kontra l-Ingilterra u Franza, l-awtoritajiet Taljani fil-Libja internaw l-ewwel familji Maltin. Sa Jannar tal-1942 mal-2,000 Malti ta’ Tripli – prattikament il-komunità kollha – kienu ġew internati u ttieħdu lejn kampijiet tal-konċentrament fl-Italja.

Id-dokumentarju jispjega kif it-Tripolini kellhom passaport Ingliż u l-awtoritajiet Taljani fil-Libja beżgħu li dawn kienu jispijaw kontrihom.

Id-dokumentarju huwa riċerkat u miktub mill-ġurnalist tal-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS Mario Xuereb bl-għajnuna tar-riċerkaturi Taljani Andrea Giuseppini u Marilinda Figliozzi.

Iż-żewġ episodji l-oħra tad-dokumentarju se jixxandru għada l-Erbgħa 26 ta’ Settembru u l-Ġimgħa 28 ta’ Settembru fid-9.30pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar