Filmat: ġirja bil-karozzi f’żewġ pajjiżi wara traffikanti tal-persuni

Il-Pulizija Belġjana sparat lejn karozza rreġistrata fir-Renju Unit suspettata li fiha kien hemm erba’ traffikanti tal-persuni. Il-pulizija sparat qrib Bunkirk fin-naħa ta’ fuq ta’ Franza, wara li kien ilha ssegwi l-karozza mill-Belġju.

L-erba’ traffikanti kollha Iraqqin, indarbu serjament meta l-karozza ħabtet. Żewġ irġiel sofrew minn tiri sparati lejhom. Huma qed jingħataw il-kura fi sptar f’Lille fi Franza.

Ftit wara li twaqqfu dawn l-irġiel, f’operazzjoni marbuta ma’ din, instabu għexieren ta’ immigranti fi trakk fil-Belġju li kienu qed jittamaw li jaslu r-Renju Unit minn Franza.

Smugglers carIl-prosekuturi qalu li hemm prova b’saħħitha li l-irġiel kienu nvoluti f’ċirku ta’ traffikar. L-operazzjoni bdiet meta xufier ta’ trakk fil-Belġju ċempel lill-Pulizija meta ra xi rġiel jgħinu mas-17-il immigrant jitla’ fit-trakk tiegħu.

Meta l-pulizija wasslu fil-parkeġġ fejn kien it-trakk, is-suspettati ħarbu bil-karozza. Kienu rraportati minn tal-anqas 15-il tir sparati mill-pulizijua. Wieħed mill-irġiel intlaqat fi spallejh u ieħor fl-istonku.

Il-pulizija baqgħet issegwi l-karozza anki wara li qabżet il-fruntiera ma’ Franza u tul il-ġirja kienu kkawżati minn tal-anqas tliet inċidenti tat-traffiku. Fil-kaos tat-traffiku li nħoloq minħabba l-inċidenti, sewwieq ta’ mutur miet meta ħabat ma’ trakk.

Iż-żona hija magħrufa bħala ċentru transitorju għall-immigranti li qed ifittxu li jkomplu bil-vjaġġ tagħhom lejn ir-Renju Unit.