Barranin
FILMAT GRAFIKU: Mesaħlu d-dmugħ qabel ma qatlu

Ġest ta’ matador waqt ‘la corrida’ qajjem kontroversja sħiħa fi Spanja u anke fost dawk li jiġġieldu għad-drittijiet tal-annimali.

F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, matador jidher qed jimsaħ id-dmugħ tal-barri b’maktur abjad qabel ma jipproċedi biex joqtlu kif imiss skont it-tradizzjoni ta’ Sevilja.

Il-matador huwa Morante de la Puebla ta’ 39 sena li qatel lill-barri bix-xabla tradizzjonali ta’ la corrida.

Xi wħud qed jispekulaw li l-matador tħassar lill-barri mentri oħrajn qed jgħidu li kienet parti mir-reċta. Inti x’taħseb?

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar