Kronaka
AĠĠORNAT: Ġuvni ta’ 19-il sena jmut f’ħabta fir-Rabat – ieħor tamparu jweġġa’ gravi

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħ’Attard tilef ħajtu traġikament u ieħor weġġa’ gravi wara ħabta li seħħet il-Ħadd filgħodu fi Triq l-Infetti, fil-limiti tar-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am. meta għal xi raġuni, is-sewwieq li kien qed isuq karozza tal-għamla Volkswagen Bora tilef il-kontroll u baqa’ dieħel b’impatt qawwi f’siġra.

Fuq il-post issejħu bosta ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu liż-żewġ żgħażagħ mill-karozza. Huma ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku li wasal fuq il-post mill-Isptar Mater Dei. Madankollu sfortunatament wieħed minnhom ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Iż-żagħżugħ l-ieħor, li wkoll għandu 19-il sena u huwa minn Ħ’Attard, ittieħed minnufih lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia, waqt li l-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha fuq il-post, bit-triq li ngħalqet fiż-żewġ direzzjonijiet.

Ara wkoll:

Julian Spiteri huwa ż-żagħżugħ li miet traġikament fir-Rabat