Kronaka
FILMAT: Ħaddiem l-isptar wara li ttajjar fil-Mellieħa

Sudaniż ta’ 22 sena li jgħix Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Kbira għall-ħabta tat-3.30pm.

Mill-ewwel tagħrif jirriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Nissan misjuqa minn żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Fgura.

Il-vittma kien qed jiġbor il-boroż tal-iskart fil-ħin tal-inċident.

Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku minn Mater Dei li ta l-ewwel assistenza medika.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater dei b’ambulanza fejn instab li kellu ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.