Lokali
Aġġornat: Ikisser il-ħġieġa tal-karozza biex isalvah mill-għargħar f’Burmarrad

Ħaddiema tal-Aġenzija tal-Infurzar (LESA) salvaw raġel li nqabad f’ilmijiet kbar f’Burmarrad.

Filmat mibgħut lil tvm.com.mt juri l-mument li r-raġel inħareġ mill-karozza wara li l-persuna li resqet qrib il-vettura tiegħu biex tassistih kissret il-ħġieġa tal-karozza biex issalvah.

Fl-aħħar sigħat il-gżejjer Maltin intlaqtu minn maltempata kbira tant li laqtet diversi toroq arterjali f’pajjiżna, fosthom dik ta’ Burmarrad u l-Wied tal-Imsida fejn bosta karozzi dehru jinġarru mal-ilmijiet.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-LESA u l-Pulizija qed jappellaw lill-pubbliku biex joqgħod id-dar u kemm jista’ jevita li jgħaddi minn żoni li nħakmu mill-maltemp.

Kawża tal-maltemp f’diversi toroq hawn konġestjoni ta’ karozzi minħabba li diversi vetturi waqfu minħabba ħsarat ikkawżati mill-ilma u inċidenti tat-traffiku. Il-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandhom domanda kbira ta’ salvataġġ għal persuni maqbuda fil-karozza. Min-naħa tagħha, il-LESA qed tappella biex wieħed joqgħod attent.

Ara wkoll:

Għargħar, ragħad u silġ imbassra sal-lejla