Lokali
FILMAT: Il-Ħamruniżi jiċċelebraw ir-rebħ tat-8 kampjonat fl-istorja tagħhom

Hamrun Spartans huma ċ-Champions il-ġodda tal-futbol Malti għat-tmien darba fl-istorja hekk kif il-kampjonat ma jistax ikompli minħabba r-restrizzjonijiet tal-COVID.

Dan ġie deċiż kważi unanimament illum wara nofsinhar f’laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Football, l-MFA. Id-deċiżjoni mill-ewwel qanqlet reazzjoni ta’ ċelebrazzjoni u ferħ fost ħafna partitarji Ħamruniżi li ħarġu jiċċelebraw bil-vetturi tagħhom mat-toroq tal-Ħamrun.

Ħamrun Spartans kienu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier b’vantaġġ ta’ ħames punti fuq Hibernians. L-aħħar darba li Ħamrun rebħu l-kampjonat tal-football tal-ogħla diviżjoni kien tletin sena ilu.