Barranin
Filmat: il-mument li t-terremot fl-Awstralja jwaqqaf telefonata virtwali

Terremot li kejjel 5.8 heżżeż ix-Xlokk tal-Awstralja u għamel ħsara f’diversi binjiet fil-belt ta’ Melbourne. It-terremot seħħ fid-disgħa u kwart ta’ filgħodu f’Mansfield li mhux ‘il bogħod mill-kapitali tal-istat ta’ Victoria.

Dak il-ħin kien għaddej il-breakfast show u l-ġurnalisti mmutaw malli ħassew l-istudio jitriegħed.

Il-cameras tas-sigurta fi ski resort f’Victoria wkoll qabdu l-mument li matulu għamel it-terremot.

It-terremot inħass ukoll fl-istati ta’ South Australia u New South Wales u kien segwit minn żewġ theżżiżiet, waħda li kejlet 4.0 u l-oħra 3.1 fuq l-iskala Richter.

Filwaqt li dan kien wieħed mill-akbar terremoti li laqat l-Awstralja fl-aħħar snin, ma jidhrix li għamel ħsarat kbar. Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li m’hemmx rapport ta’ persuni li ndarbu serjament.