Barranin
Filmat: Immigranti msawta bil-frosta mill-Pulizija Amerikana

Diversi immigranti mill-Haiti qalgħu daqqiet ta’ frosta minn uffiċjali tal-Pulizija Amerikana li kienu qed jgħassu l-fruntiera mal-Messiku. Skont rapporti, l-immigranti resqu lejn il-fruntiera biex jitolbu l-ażil.

F’filmati mtella’ fuq il-midja soċjali, l-uffiċjali Amerikani jidhru jaffaċċjaw lill-immigranti rikbin fuq iż-żwiemel u mgħammra bil-frosti.

L-inċident qajjem agħa sħiħ fil-konfront tal-amministrazzjoni tal-President Amerikan, Joe Biden kif ukoll tal-Ministru għall-Intern Amerikan, Alejandro Mayorkas li huwa rifuġjat hu nnifsu peress li l-ġenituri tiegħu huma minn Kuba.

Intant, il-kelliema għall-White House, Jen Psaki kkundannat dak li seħħ, u f’kitba fuq Twitter is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Antony Blinken qal li għamel kuntatt mal-Prim Ministru tal-Haiti, Ariel Henry biex l-immigranti jiġu ripatrijati.