FILMAT: Ira onorata li Malta kisbet l-ewwel post fil-qasam LGBTIQ

13235962_1124624787560427_1592579909_nFiċ-ċentru tal-midja tal-Globe Arena, Ira Losco ċċelebrat il-kisba ta’ Malta fil-qasam tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ b’avveniment speċjali. Hija ddedikat ftit mill-ħin tagħha biex fl-ispirtu tat-tema ta’ din is-sena tal-Eurovision, ‘Come Together’, ġabet flimkien persuni mill-komunità LGBTIQ, kemm fans u anki membri tal-midja, biex jiċċelebraw magħha s-suċċess ta’ pajjiżna, li għal darb’oħra żamm l-ewwel post fost 49 pajjiż fil-qasam tad-drittijiet LGBTIQ.

Il-kantanta Maltija, qalet li hija tassew onorata li Malta kisbet dan is-suċċess u għaldaqstant xtaqet li taqsam is-sodisfazzjon tagħha dwar dan mal-komunità LGBTIQ preżenti bħalissa fi Stokkolma.

13162532_1124624714227101_230347642_n

Aktar kmieni Ira stqarret li jekk tirbaħ, żgur li tkun ferħana se ttir, iżda qalet b’rebħa għal Malta jkunu rebbieħa wkoll il-fans li s-sena d-dieħla jkollhom l-opportunità tad-deheb li jattendu għal Eurovision mill-aqwa f’pajjiż li huwa verament ġenwin dwar l-ugwaljanza LGBTIQ.

Aħbarijiet Oħra
Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Qorti

Mill-investigazzjoni nstab li Lorin Scicluna kellu erba’ armi tan-nar reġistrati f’ismu fosthom waħda tad-9 millimetri. Qabel ħadu lil Lorin id-Depot, il-Pulizija marru sad-dar tiegħu u minn taħt is-sodda ġew elevati…

Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Aktar