Lokali
Filmat: Is-suldati jsalvaw bidwi u żewġ pumpiera li nqabdu f’għalqa f’Burmarrad

Żewġ pumpiera u bidwi anzjan dalgħodu ġew salvati peremzz ta’ ħelikopter tal-Armata minn għalqa mgħarrqa fl-ilma f’Burmarrad.

tvm.com.mt jinsab informat li kienu għall-ħabta tal-11.00 a.m. meta f’xita qliel, żewġ pumpiera marru biex jassistu bidwi anzjan li nqabad fil-vettura tiegħu. Madankollu kif daħlu għalih, il-pumpiera sabu ruħhom f’diffikultà kbira u talbu għall-għajnuna. Kien hawn li ntalbet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li permezz ta’ ħelikopter marru fl-inħawi u salvaw kemm lil anzjan u kemm liż-żewġ pumpiera li marru biex jassistuhom.

Fuq il-post issejħet ukoll vettura tat-tifi tan-nar u żewġ ambulanzi.