Lokali
Filmat: isir l-aċċess fil-ġuri ta’ Tony Curmi mixli bi traffikar ta’ żewġ kilogrammi droga

Fit-tieni jum tal-ġuri ta’ Tony Curmi ta’ 38 sena, li jinsab akkużat bi traffikar ta’ żewġ kilos raża tal-kannabis, f’Ħal Tarxien sar l-aċċess, mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u l-ġurati.

Curmi kien ġie arrestat f’Novembru ta’ seba’ snin ilu wara li l-Pulizija kienet irċeviet informazzjoni li l-akkużat kien qed ibigħ id-droga.

Fi tfittxija li kienet saret fil-karozza tiegħu ma kinitx instabet droga. Madankollu, waqt sorveljanza fuq garaxx tiegħu, il-pulizija rat raġel ieħor iħalli l-garaxx b’borża bajda.

Illejla, il-prosekuzzjoni temmet il-provi tagħha fil-Qorti, filwaqt li għada jissokta l-ġuri billi jkun imiss lid-difiża li tippreżenta l-provi tagħha.