Lokali
Filmat: Jekk ma naqbilx ma’ liġi nirriżenja u nitlaq lejn id-dar – il-President dwar l-abbozz ta’ Farrugia

Il-President ta’ Malta George Vella ddikjara li jekk fil-futur jiġi quddiemu abbozz ta’ liġi li ma jaqbilx miegħu “jirriżenja u jitlaq lejn id-dar”.

Il-President qal dan f’kummenti lill-ġurnalisti meta mistoqsi dwar l-abozz ta’ liġi privat li ressqet id-deputat tal-oppożizzjoni Marlene Farrugia biex nisa u professjonisti mediċi li jassitu f’abort ma jintbagħtux il-ħabs.

Fi tweġiba skjetta, it-Tabib Vella qal li hu m’għandu ebda setgħa li jiddeċiedi fuq l-eżekuttiv jew fuq il-Parlament, madankollu qal li għandu l-libertà li jekk ma jaqbilx ma’ liġi, jirriżenja u jitlaq lejn id-dar.