Lokali
Filmat: Jibdew il-provi tal-airshow għal tmiem il-ġimgħa

Bosta ajruplani li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-airshow internazzjonali ta’ Malta bdew bil-provi tagħhom għall-ispetakklu mill-ajru li se jkun qiegħed jittella’ fi tmiem il-ġimgħat.

L-istennija għal dan l-ispettaklu hija waħda kbira. Dan għall-fatt li l-airshow kienet ilha nieqsa għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Fl-ispettaklu se jieħdu sehem xejn inqas minn 55 ajruplan u ħelikopter ta’ diversi forzi tal-ajru Ewropej fost ir-Red Arrows tar-Royal Air Force li l-aħħar li kienu ħadu sehem kien proprju seba’ snin ilu.

Fl-airshow ta’ din is-sena hemm tipi ta’ ajruplani li se jkunu qed jiġu Malta għall-ewwel darba u oħrajn li wisq probabbli se jiġu għall-aħħar darba.