Lokali
FILMAT: Jifgaw kull m’hemm bi trabijiet fis-Swieqi

Għadd ta’ sewwieqa u residenti fl-inħawi tas-Swieqi esprimew ir-rabja tagħhom għan-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ regolamenti minn kuntrattur li naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex ma jiksix kullimkien bi trabijiet.

Filmat li ttella’ fuq sit soċjali juri parti minn Triq Sant’Andrija miksija bi trabijiet fl-arja li bdew ħerġin minn sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fl-istess triq.

Il-filmat juri sħaba bajda ta’ trab fin fl-arja li ksiet kull m’hemm b’detriminet mhux biss għar-residenti tal-madwar iżda wkoll għas-sewwieqa li kienu għaddejjin mill-inħawi.

Resident qal li dan in-nuqqas mhux biss qed jagħmel ħsara lill-ambjent, iżda fuq kollox lis-saħħa tan-nies.

Ir-regolamenti tal-Uffiċċju għar-Regolamenti tal-Bini jobbliga lill-kuntratturi biex fost oħrajn jarmaw xibka li ddawwar is-sit biex jassiguraw li jnaqqsu t-trabijiet li joħorġu mis-sit ta’ kostruzzjoni.