Barranin
Filmat: Jiżvelaw l-aktar 10 ġugarelli mixtieqa għall-Milied 2021

Fir-Renju Unit, l-istabbiliment Hamleys involuta fil-manifattura tal-ġuġarelli żvelat l-aktar għaxar ġugarelli li mixtieqa għall-Milied.

Victoria Kay, uffiċjal tal-kumpanija tkellmet dwar in-nuqqas ta’ ġugarelli minħabba dewmien fil-portijiet tar-Renju Unit. Hija qalet li l-għażla għal din is-sena hija mfassla biex terġa’ tgħaqqad lill-familja flimkien.

Hija qalet li l-Milied li għadda tħarbat għalkollox minħabba l-lockdown fil-pajjiż fejn ħafna tfal spiċċaw jilagħbu b’ħafna logħob virtwali.

Qalet din is-sena, il-Milied mistenni jiġi ċċelebrat b’mod normali u kien b’dan il-ħsieb li fasslu l-ġugarelli għall-Milied ta’ din is-sena.

Hija qalet li l-għażla ta’ dawn il-ġugarelli ddur mal-idea li l-familja terġa’ tinġabar flimkien u aktar importanti minn hekk, jilagħbu flimkien.

Kay spjegat li “s-sena li għaddiet ilkoll kemm aħna kellna Milied diffiċli, mifruda mill-familja u l-ħbieb, nużaw Zomm jew Teams… u għalhekk il-ġugarelli huma ispirati li jġibu lil kulħadd lura flimkien”.