FILMAT: “Kellna seba’ mitt sena biex niġu nagħtu kunċert f’Malta” – Il Volo

Waslu Malta kmieni waranofsinhar it-tliet tenuri żgħażagħ Taljani tal-grupp Il Volo. Mal-wasla tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kellhom l-ewwel togħma tal-ospitalità Maltija hekk kif intlaqgħu minn grupp ta’ fans

Piero, Ignazio u Gianluca tal-grupp Il Volo waslu Malta għall-ewwel darba kmieni l-ġimgħa waranofsinhar. Tvm.com.mt ħa l-kummenti tagħhom ftit minuti wara li ntlaqgħu minn grupp imdaqqas ta’ fans fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

“Guarda bellissima. Un’accoglienza meravigliosa. La prima volta a Malta, quindi non vediamo l’ora di cantare domani sera.”

Il-grupp ta’ tliet tenuri Taljani beda fl-2009 meta ħa sehem fil-programm Ti Lascio una Canzone u minn dakinhar baqa’ jikseb suċċess wara l-ieħor, fosthom fil-festival tal-Eurovision ta’ din is-sena fejn ikklassifikaw fit-tieni post.

Iċ-chairman ta’ Crimi Events, Fabrizio Crimi, wera s-sodisfazzjon li għall-kunċert ta’ Il Volo se jkun hemm ukoll it-talent Malti permezz tal-Orkestra Nazzjonali.

Il Volo se jagħti kunċert is-Sibt filgħaxija fiċ-ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali li se jittella’ minn Malta Globe Music u Crimi Events. Fil-kunċerti tagħhom huma jżewġu l-mużika pop ma’ dik lirika

Is-sena l-oħra huma għamlu tour l-Istati Uniti li kellu suċċess kbir u li fih kantaw fost l-oħrajn ma’ Barbara Streisand u Celine Dion.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ftehim korrott li l-Gvern għamel ma’ Vitals u Steward Healthcare fisser li l-pajjiż rema €240 miljun u issa jrid jonfoq iżjed biex jindirizza…

Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Ambjent

Madwar id-dinja kollha, qed tiġi promossa l-Earth Hour – siegħa mingħajr l-użu tal-elettriku, bil-għan li nagħtu xi ħaġa lura lill-ambjent ta’ madwarna. L-Għaqda Mhux Governattiva, Żibel, f’messaġġ fuq il-midja soċjali…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda tagħha konta l-COVID-19. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex li…

Aktar