Filmat: Kim – Lighthouse

Se tkun il-11-il waħda li l-Ġimgħa filgħaxija se narawha fuq il-palk tad-Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tikkompeti fis-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest. B’vuċi melodika u mill-aktar grazzjuża, dalgħodu Kim telgħet fuq il-palk bil-kitarra u interpretat Lighthouse, kanzunetta melodjuża b’messaġġ ħelu ħafna.