Filmat: Klamar ġgantesk jidħol jgħum f’bajja f’Tokjo

Persuni li kienu għaddejjin mill-bajja ta’ Toyama fil-Majjistral ta’ Tokjo f’lejliet il-Milied raw klamar ġgantesk tar-razza Architeuthis dux, jgħum fil-bajja.

Xjentisti stmaw li dan il-klamar huwa twil kważi erba’ metri u għadu żgħir fl-età.

Residenti qalu li dan kien l-ewwel klamar ġgantesk li raw matul dan l-istaġun.

Fis-snin li għaddew ġieli dehru klamari ġganteski bi xjentisti jsostnu li dawn il-ħlejjaq jistgħu jikbru sa 18-il metru.

Bl-għajnuna ta’ għaddasa, dan il-klamar li laqmuh ‘Heck’ aktar tard inħareġ lura f’baħar miftuħ.