Lokali
Filmat: Konrad Mizzi jitla’ quddiem il-PAC u jwieġeb għad-domandi li għandu jwieġeb – il-PM

Il-Prim Ministru, Robert Abela, qali li d-Deputat Indipendenti, Konrad Mizzi, għandu jixhed quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar din il-kwistjoni, il-Prim Ministru wieġeb li l-Membri Parlamentari tal-Gvern fil-PAC qed jagħmlu xogħolhom b’mod newtrali mingħajr ma jaqbżu fuq ħadd.

Il-Prim Ministru qal li d-deċiżjonijiet fuq Dr Mizzi ħadhom mill-ewwel u ma qgħadx jistenna li jiltaqa’ l-PAC.

Il-PN jgħid Konrad Mizzi f’konfoffa biex jevita l-għarbiel tal-PAC